Birkirkara naqsu li jgħaddu għall-ewwel rawnd tal-UEFA Europa League meta sfaw megħluba 2-1 f’Torshavn kontra KI Klaksvik, biex b’hekk kienu eliminati 3-2 b’aggregate wara d-draw ta’ 1-1 fis-Centenary Stadium ġimgħa ilu.
Klaksvik fetħu l-iskor eżatt qabel tmiem l-ewwel taqsima meta minn korner, Pall Klettskard tħalla waħdu u laqat il-ballun, b’Deni PAVLOVIC ikun pront u jantiċipa l-ħarġa ta’ Kristijan Naumovski.
Il-partita kompliet tikkomplika ruħha fid-59 minuta meta t-tim mill-Gżejjer Faroe rdoppja l-iskor. Xutt minn barra l-kaxxa ta’ Moller-Iversen kien salvat parzjalment minn Naumovski, il-gowlkiper Karkariż reġa’ salva fuq xutt ta’ Hadzibulic, iżda ma seta’ jagħmel xejn fit-tielet tentattiv fil-baxx ta’ Pall Klettskard.
Birkirkara skorjaw fid-90 minuta permezz ta’ Marcelinho, iżda ma kienx fadal ħin biżżejjed għal gowl tad-draw li kien ifisser kwalifikazzjoni.
//= $special ?>