Lokali

Żewġ irġiel ittieħdu l-isptar wara splużjoni f’generator

L-Isptar Mater Dei - Mill-Arkivji

Żewġ persuni sofrew xi ġrieħi waqt li kienu qed jagħmlu xi xogħol fuq generator f’showroom privata fl-inħawi tal-bypass tal-Imrieħel għall-ħabta tal-4pm.

Fuq il-post issejħet ambulanza għall-assistenza taż-żewġ irġiel involuti. Iktar tard, raġel Malti ta’ 27 sena minn Ħal Tarxien ġie ċċertifikat li qiegħed isofri minn ġrieħi gravi filwaqt li Franċiż ta’ 22 sena rrifjuta l-assistenza medika.

Mhux magħruf x’seta’ ikkawża biex seħħet din l-isplużjoni fil-generator.

L-investigazzjoni tal-Pulizija dwar dan l-inċident għadha għaddejja.