Ftehim li sewa lill-ġgant tal-media soċjali Facebook ‘il fuq minn €220 miljun se jfisser xalata ta’ futbol għad-dilettanti tal-Premier League li jgħixu f’pajjiżi Ażjatiċi.
B’dan il-ftehim Facebook, kiseb id-dritt esklussiv għax-xandir tat-380 logħba tal-Premier League fit-Tajlandja, il-Vjetnam, il-Kombodja u Laos bejn l-2019 u l-2022. Facebook rebaħ dan id-dritt fuq il-kompetituri BeIN Sport u Fox Sports Asia.
Din l-aħbar ħarġet wara li Amazon kiseb id-dritt li jxandar 20 logħba tal-Premier League fl-Ingilterra, u tkompli tikkonferma kif il-media soċjali qed tirrevoluzzjona il-mod kif isir ix-xandir.
Fl-2017 Facebook kellu dħul ta’ 41 biljun dollaru.
Il-pjattaforma soċjali hi użata minn 2.2 biljun ruħ kull xahar.
//= $special ?>