Lokali

BIR-RITRATTI: Anzjan imtajjar fil-Ħamrun

Għall-ħabta ta’ nofsinhar anzjan ta’ 75 sena ġie mtajjar minn karozza hekk kif kien qed jaqsam Triq Villambrosa fil-Ħamrun.

L-inċident seħħ faċċata ta’ forn tal-ħobż hekk kif il-karozza, tat-tip Toyota Belta, misjuqa minn raġel ta’ 33 sena mill-Ħamrun kienet qed iddur għal triq Villambrosa.

Skont sorsi fuq il-post, l-anzjan mill-Ħamrun stess intlaqat waqt li kien qed jaqsam it-triq. Hu maħsub li l-anzjan kien għadu kif ħareġ mill-karozza tiegħu.

L-anzjan ittieħed l-isptar Mater Dei b’ambulanza filwaqt li l-kundizzjoni tal-anzjan għadha mhix magħrufa.

Bħalissa t-triq tinsab magħluqa għat-traffiku.

Ritratti: Matthew Tabone