Lokali Mużika

Emma Marrone jew Emma Muscat? Il-Maltija se żżomm isimha!

Emma Marrone kienet ukoll ħadet sehem f'Amici u llum qed tagħmel suċċess enormi

“Ismi jogħġobni, u se nżommu”.

Hekk qalet il-kantanta Emma Muscat f’intervista ma’ TGcom24 hekk kif illum tnieda uffiċjalment l-album il-ġdid tagħha. L-album iġib l-isem ‘Moments’ u diġa’ sejjer tajjeb fil-klassifiċi Taljani.

Meta kienet mistoqsija jekk qatt ikkunsidratx tagħżel stage name ieħor, peress li diġa’ hemm Emma oħra popolari, il-Maltija qalet li determinata li żżomm isimha.

Emma titkellem ukoll dwar l-esperjenza tagħha mal-kantant Biondo, u tistqar li ftit għandhom ċans jiltaqgħu. “Xorta nitkellmu bit-telefown kuljum, u nagħtu ħafna pariri lil xulxin”.

Bħalissa Emma Muscat għaddejja bit-tour fi bliet Taljani biex tippromwovi l-album il-ġdid.