Franza tibqa’ tavvanza fil-21 edizzjoni tat-Tazza tad-Dinja b’rebħa ta’ 2-0 fuq l-Urugwaj biex saret l-ewwel nazzjon li għaddiet fis-semifinali. It-tim ta’ Didier Deschamps ikkontrolla l-logħba mill-bidu sal-aħħar u wara t-tieni gowl il-partita kienet prattikament mitmuma.
Franza fetħet l-iskor fl-40 minuta meta minn free-kick ta’ Antoine Griezmann, daħal tajjeb RAPHAEL VARANE li antiċipa lil kulħadd u skorja b’daqqa ta’ ras għar-rokna. L-iskor sar 2-0 mas-siegħa logħob meta Fernando Muslera naqas li jżomm xutt minn barra l-kaxxa ta’ ANTOINE GRIEZMANN.
//= $special ?>