Futbol Sport

Gianluigi Buffon jingħaqad uffiċjalment ma’ PSG

Wara diversi ġimgħat ta’ stennija, waslet l-uffiċjalità li l-klabb Franċiż Paris Saint Germain iffirma lill-eks gowlkiper ta’ Juventus Gianluigi Buffon. Il-gowlkiper Taljan ħalla lil Juventus fi tmiem l-istaġun li għadda wara 17-il sena mal-klabb minn Turin fejn lagħab 656 logħba.

Buffon li rebaħ is-Serie A disa’ darbiet, iffirma kuntratt ta’ sena b’għażla għal sena oħra. “Naf il-ħolm li għandhom ta’ PSG u l-partitarji tagħhom. Se nġib l-enerġija, l-esperjenza u l-ħeġġa li nirbaħ biex ngħin il-klabb il-ġdid tiegħu jilħaq l-għanijiet li għandu. Għall-ewwel darba fil-karriera, qed nitlaq pajjiżi u proġett ambizzjuż bħal dan seta’ jtini l-kuraġġ neċessarju biex nieħu deċiżjoni bħal din.

Il-President tal-klabb Nasser Al-Khelaifi ddeskriva lil Buffon bħala wieħed mill-aktar plejers ammirati u rispettati fid-dinja tal-futbol. Hu żied li l-wasla tiegħu tafferma l-għan tagħhom li jkomplu jitilgħu fil-kwalità.

Buffon hu l-aktar persuna li lagħab mat-tim nazzjonali Taljan b’176 logħba u rtira mit-tim nazzjonali wara li l-Italja ma kkwalifikatx għat-Tazza tad-Dinja, kompetizzjoni li hu rebaħ fl-2006.

Madankollu minkejja karriera brillanti, Buffon għadu qatt ma rebaħ iċ-Champions League fejn tilef il-finali tal-2003 kontra Milan, il-finali tal-2014 kontra Barcelona u l-finali tal-2017 kontra Real Madrid.