Għawdex Lokali

GOZO CHANNEL: Jum ieħor ta’ ilmenti mill-Għawdxin

L-eks Deputat Laburista Franco Mercieca ma jemminx fil-Fast Ferry

Net News dalgħodu rċieva numru kbir ta’ ilmenti minn Għawdxin li dam ħin twil biex tlequ mit-terminal tal-Imġarr. Dan hekk kif il-Gozo Channel għandha vapur mal-moll li mhux qed jintuża.

Il-problema ikkaġunat ukoll riperkussjonijiet għall-vetturi l-kbar u t-trakkijiet illi inżammu jistennew.

F’ħin minnhom, 4 fillieri sħaħ ta’ karozzi tħallew l-art minħabba li l-vapur għalaq il-bieba u telaq.

Ironikament, dalgħodu fit-Times l-eks deputat Laburista Franco Mercieca esprima d-dubji tiegħu dwar il-bżonn tal-Fast Ferry Service – xi ħaġa li ilha imwiegħda numru ta’ snin, u li hi mitluba ferm mill-Għawdxin. “Għandi dubji kemm il-Fast Ferry se ttaffi l-problemi għal dawk li jaqsmu bejn iż-żewġ gżejjer”, qal l-eks Segretarju Parlamentari.