Lokali

Il-mużika tbiddel il-ħajja ta’ persuni bil-Parkinsons

“Il-mużika, ir-ritmu, u l-ballet biddlilhom ħajjithom.”

Dan kien kliem ta’ Sara Houston dwar nies li jbatu mill-Parkinsons, li kienet parti importanti fir-riċerka tal-Parkinsons.

Wara diversi studji li saru, bdew isiru klassijiet ta’ żfin apposta għal dawk li jbatu bil-kundizzjoni tal-Parkinsons u urew biċ-ċar li dawk li jattendu joħorġu minn hemm b’tibdil pożittiv f’saħħithom. Saħansitra uħud jidħlu b’bastun iżda joħorġu jimxu mingħajru.

Sara Houston qalet li “l-klassijiet taż-żfin għan-nies bil-Parkinsions ikunu effettivi ħafna mhux biss b’mod fiżiku iżda wkoll emozzjonalment. B’mod fiżiku minħabba li s-sintomi tal-kundizzjoni jonqsu, u b’hekk ikunu jistgħu jagħmlu diversi movimenti, bħal jimxu, u jxejru jdejhom, movimenti li mhux normali jagħmlu.”

In-nies bil-Parkinsons iħossuhom li jistaw jagħmlu iktar minn qabel u b’hekk iħossuhom iktar indipendenti. Houston żiedet tgħid li l-klassijiet jaffetwaw ukoll “b’emozzjonalment minħabba li jħossuhom pożittivi dwarhom stess u dwar ħajjithom. Huma jħossuhom iktar kapaċi li jiżfnu hekk kif il-klassijiet ikunu magħmulin għalihom. Din tirriżulta għal spinta kbir fil-kunfidenza.”

Iżda barra dan kollu, dawn il-klassijiet jgħatu sens ta’ familja. Houston qalet li “f’dawn il-klassijiet ikun hawn grupp kbir ta’ nies, ħafna drabi jsejħulha familja, li jifhmu lil xulxin, u ma jħawdux is-sintomi tal-Parkinsons. Dan huwa important għan-nies biex ikollhom is-sapport kollu possibli filwaqt li jkollhom lil nies oħra li jistgħu jitkellmu magħhom mhux biss dwar il-kundizzjoni, iżda wkoll dwar il-ħajja, familja, u affarijiet oħra.”

Houston hija lecturer fl-Università ta’ Roehampton u li wettqet riċerka importanti ħafna dwar l-effet taż-żfin fuq din il-kundizzjoni.