Emails li ġew illikjati fil-media fl-aħħar sigħat jindikaw kif l-Awtorita’ tal-Artijiet spiċċat f’rebus enormi wara li daħal fit-tmexxija l-eks Kap Eżekuttiv tal-Partit Laburista James Piscopo, li issa sar CEO tal-Lands.
Il-ġlied intern eskala din il-ġimgħa wara email li bagħat Piscopo stess lill-istaff ta’ taħtu, fejn talab li jkollu l-kontroll assolut ta’ kull refiżjoni ta’ kera, l-iskema tal-garaxxijiet, estensjoni ta’ ftehim ta’ kirjiet, u materji oħra relatati.
Dan l-email ħoloq furur kbir fil-kuriduri tal-Lands.
Pront kien iċ-chairman tal-istess Awtorita’, Lino Farrugia Sacco, li qal illi din id-deċiżjoni ta’ Piscopo ma kinitx approvata mill-Bord tal-Lands.
Dan l-email intbgħata inqas minn nofs siegħa wara l-ewwel email ta’ James Piscopo.
Iżda, Piscopo ma ddejjaq xejn minn Farrugia Sacco u ħareġ fil-kuriduri jgħid li hu għandu l-appoġġ tal-Prim Ministru. U kien għalhekk li żamm il-pożizzjoni tiegħu u reġa’ bagħat email ieħor jinsisti li l-ewwel komunikat li ċċirkola jibqa’ jgħodd.
//= $special ?>