Fil-Kamra Mortwarja seħħ każ ta’ żball f’identità ta’ katavru. Dan sar magħruf wara stqarrija maħruġa mill-Ministeru tas-Saħħa li fiha ħabbar li qed issir inkjesta dwar il-każ.
Skont il-Ministeru tas-Saħħa, huma ġew mgħarrfa b’każ li jinvolvi proċess intern fejn il-ġisem ta’ tarbija nħareġ għad-difna mill-Kamra Mortwarja tal-isptar Mater Dei meta dan ma kellux iseħħ.
Il-Ministeru żied jgħid li hemm impjegaw li ġie sospiż sakemm joħroġ ir-riżultat tal-inkjesta, li skont il-Gvern, hija inkjesta indipendenti.
//= $special ?>