Lokali Saħħa

Jidħlu fit-tieni jum l-azzjonijiet tal-infermiera u l-qwiebel

Il-gvern bla ebda forma ta' reazzjoni

Skiet assolut minn naħa tal-Gvern dwar il-kwistjoni mal-MUMN hekk kif illum daħlu fit-tieni jum tagħhom l-azzjonijiet tal-infermiera u l-qwiebel fl-isptarijiet, iċ-ċentri tas-saħħa u d-djar tal-anzjani kollha f’Malta u Għawdex.

Meta tkellem ma’ Net News, Colin Galea, s-Segretarju Ġenerali tal-union tal-infermiera u l-qwiebel qal li d-direttivi qed jiġu segwiti mill-membri kollha b’suċċess iżda l-gvern baqa’ ma ħa l-ebda azzjoni. Dan iktar minn 24 siegħa wara li daħlu fis-seħħ id-direttivi ordnati mill-MUMN u li qed jolqtu l-isptarijiet kollha tal-gżejjer tagħhna.

Id-direttivi mistennija jibqħu fis-seħħ sakemm il-Gvern jiddeċiedi li jpoġġi madwar mejda mal-MUMN u jikkonsidra bis-serjeta’ it-talbiet tagħhom.