Il-kap tal-PN Adrian Delia żar il-61 edizzjoni tal-Malta Trade Fair. Delia kien ma’ Kristy Debono, il-Kelliema tal-Oppożizzjoni għall-ekonomija, is-servizzi finanzjarji, u l-innovazzjoni, li magħha deher idur il-varjeta’ ta’ stands u jitħallat mal-bejjiegħa tagħhom. Fost l-affarijiet għall-bejgħ hemm kċejjen, għamara, sufanijiet, saqqijiet, apparat tad-dar, televixins, bibien, madum u ħafna iżjed. Hemm anke stand għall-annimali, fosthom volpi, sriep, meerkats, fkieren, tiġieġ, baqar, gremxul u aktar.
Wieħed jista’ jżur il-fiera billi jmur l-MFCC Ta’ Qali. Tiftaħ fis-6:30PM u tagħlaq fil-11PM. Il-fiera tasal fi tmiemha fit-8 ta’ Lulju.
//= $special ?>