Għaddas tal-militar ta’ 38 sena tilef ħajtu waqt l-operazzjioni ta’ salvataġġ li għaddejja bħalissa f’għar fit-Tajlandja. Il-missjoni ta’ salvataġġ skattat meta grupp ta’ 12-il tifel u l-kowċ tal-futbol tagħhom inqabdu f’għar meta telgħu l-ilmijiet.
Il-grupp ilu maqbud 9 ijiem, qabel instabu fl-għar.
Il-missjoni ta’ salvataġġ hi waħda delikata u kkumplikata ħafna u hemm saħansitra possibilita’ li l-grupp jibqa’ fl-għar sakemm ibattu l-ilmijiet – fenomenu li jista’ jdum erba’ xhur ma jseħħ.
is-sitwazzjoni qed tikkomplika ruħha iktar, bl-ossiġnu fl-għar nuiżel għal 15% minħabba n-numru kbir ta’ membri tas-salvataġġ involuti.