Għawdex Lokali

Tmut it-tifla li kienet ittellgħet minn pool mitlufa minn sensiha

Spiċċat b’mod traġiku l-ġrajja tat-tifla li ttellgħet mitlufa minn sensiha minn pool f’Għawdex fis-27 ta’ Ġunju li għadda.

Jidher li t-tifla ta’ sentejn ntfewlha l-magni t-Tlieta li għadda, u mill-awtopsja rriżulta li mietet mgħarrqa. Hi ttieħdet lura pajjiżha għad-difna.

Il-każ kien seħħ f’pixxina ta’ residenza privata fix-Xagħra Għawdex.