Lokali

Żewġ serqiet mill-istess triq f’temp ta’ ftit sigħat fil-Marsa

F’temp ta’ ftit sigħat fl-istess triq fil-Marsa, saret serqa f’żewġ residenzi.

Fi Triq Qormi fil-Marsa insterqu xi flus kontanti u anke ġojjellerija, madanakollu l-valur tal-affarijiet li nsterqu ma jammontawx għal somma kbira,

Sorsi li tkellmu ma’ NET News qalulna li jidher li f’serqa minnhom inzerta li sid id-dar kien qiegħed rikoverat l-isptar, filwaqt li s-serqa l-oħra saret waqt li sid id-dar kien qiegħed il-quddies.