Futbol Sport

Boavista interessati f’Andrè Schembri

Il-paġna ta’ Replay fuq facebook, żvelat li l-plejer internazzjonali Malti Andrè Schembri qed jattira interess mill-klabb Portugiż Boavista. Fl-istaġun li għadda, il-klabb Portugiż spiċċa fit-tmien post fil-Primeira Liga.

Jidher li l-kowċ Portugiż ta’ 41 sena Antonio Jorge Rocha Simao, talab lill-klabb biex jibdew diskussjonijiet mal-klabb preżenti ta’ Schembri Apollon Limassol, biex jibdew diskussjonijiet mal-klabb Ċiprijott.

Schembri li f’Mejju li għadda għalaq 32 sena, diġà lagħab ma’ Boavista fl-istaġun 2016/2017, iżda fl-istaġun li għadda reġa’ rritorna jilgħab fil-kampjonat Ċiprijott. Ma’ Apollon hu lagħab fil-UEFA Europa League u sar l-ewwel plejer Malti li skorja f’din il-fażi. Schembri fadallu sena kuntratt ma’ Apollon Limassol.