Bojan Cmelik ta’ 35 sena mis-Serbja nżamm arrestat wara li fil-Qorti tressaq akkużat li prova joqtol lill-imprenditur Hugo Chetcuti. Dan minkejja li r-raġel wieġeb mhux ħati tal-akkużi kontrih.
Fil-Qorti, li nfetħet b’urġenza, Cmelik tressaq quddiem il-Maġistrat Neville Camilleri fejn l-ispettur Nikolai Sant għall-prosekuzzjoni akkuża lir-raġel b’attentat ta’ qtil, apparti akkużi oħra dwar il-mod kif ir-raġel irreżista l-arrest tant li anke uża l-vjolenza kontra l-Pulizija meta m’obdiex l-ordnijiet mogħtija lilu.
Filwaqt li l-imputat iddikjara, permezz tal-avukat tiegħu, li mhuwiex ħati, ma saret l-ebda talba formali għall-ħelsien proviżorju mill-arrest. Filfatt, il-Maġistrat ordna li r-raġel jibqa’ jinżamm arrestat f’arrest preventiv sakemm il-każ ikompli. Il-pass li jmiss huwa li tibda l-kumpilazzjoni tal-evidenza kontra l-imputat.
L-Avukati Joe Giglio u Sarah Mifsud qed jidhru bħala parte civile għall-imprenditur Hugo Chetcuti. Għall-imputat deher avukat tal-għajnuna legali Ishmael Psaila.
Ritratt: Martin Agius; Filmat: Noel Zammit
Hugo Chetcuti jaqla’ daqqiet ta’ sikkina f’Paceville; Fil-periklu tal-mewt
//= $special ?>