Formula 1 Sport

Pole position għal Hamilton f’Silverstone

(Ritratt: EPA)

Lewis Hamilton se jibda l-Grand Prix tal-Gran Brittanja f’Silverstone fl-ewwel post wara li għamel l-aħjar ħin ta’ 1:25.892. Għal Hamilton din kienet is-76 pole position fil-karriera, u se jkun qed ifittex li jirbaħ f’dan iċ-ċirkwit għall-ħames darba konsekuttiva.

Ħdejn Hamilton fl-ewwel filliera, se jkun hemm il-leader tal-klassifika Sebastian Vettel, bis-sewwieq l-ieħor tal-Ferrari Kimi Raikkonen għamel it-tielet l-aħjar ħin. Id-differenza bejn l-ewwel tlieta kienet ta’ anqas minn 0.1 ta’ sekonda.

Valtteri Bottas tal-Mercedes se jibda mir-raba’ post, segwit mill-koppja tar-Red Bull Max Verstappen u Daniel Ricciardo, li kienu distakkati mill-ħin ta’ Hamilton. Segwew iż-żewġ sewwieqa ta’ Haas Kevin Magnussen u Romain Grosjean, Charles Leclerc tas-Sauber u Esteban Ocon tal-Force India li komplew l-ewwel għaxra. It-tiġrija tibda fit-2.10pm ħin ta’ Malta.