Sport Sport Ieħor

Rafael Nadal u Novak Djokovic fir-raba’ rawnd ta’ Wimbledon

(Ritratt: EPA)

Rafael Nadal u Novak Djokovic wieġbu għar-rebħa ta’ Roger Federer biex għaddew ukoll għar-raba’ rawnd. Nadal kiseb rebħa konvinċenti ta’ 6-1, 6-2, 6-4 fuq iż-żagħżugħ Awstraljan Alex de Minaur. Djokovic elimina lil Kyle Edmund 4-6, 6-3, 6-2, 6-4. B’din il-kwalifikazzjoni, Djokovic għadda għar-raba’ rawnd ta’ Grand Slam għall-44 darba biex qabeż lil Jimmy Connors fil-lista’ ta’ kull żmien.

Kei Nishikori elimina lill-Awstralja Nick Kyrgios 6-1, 7-6, 6-4. Gael Monfils elimina lill-Amerikan Sam Querrey u Juan Martin del Potro rebaħ 6-4, 7-6, 6-3 kontra l-Franċiż Benoit Paire. It-Taljan Fabio Fognini tilef kontra Jiri Vesely 6-7, 6-3, 3-6, 2-6. Eliminat ukoll il-Ġermaniż Alexander Zverev li tilef b’sorpriża kontra Ernests Gulbils 6=7. 6-4. 7-5, 3-6, 0-6.

Roger Federer kien avvanza għar-raba’ rawnd ta’ Wimbledon il-Ġimgħa b’rebħa ta’ 6-3, 7-5, 6-2 fuq Jan-Lennard Struff. L-Iżvizzeru ta’ 36 sena jilgħab fir-rawnd li jmiss kontra l-Franċiż Andrea Mannarino li għeleb lil Daniil Medvedev.

Tags