Lokali

Salvataġġ mhux tas-soltu: Isalvaw qattusa maqbuda fit-terrapien

Crew mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili llum wettaq ħidma ta’ salvataġġ mhux tas-soltu meta ssejjaħ biex isalva qattusa ċkejkna li nqabdet fit-terrapien.

Il-qattusa waqgħet f’ħofra kbira fil-Għargħur, aktarx ħofra li fiha se jsir żvilupp. Jidher li mhux talli l-qattusa ma setgħetx titla’ lura, iżda talli f’ħin minnhom, inqabdet ukoll taħt xi ġebel.

Fuq il-media soċjali minnufih bdew jinxterdu appelli għall-għajnuna, sakemm aktar tard fuq il-post mar tim mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili li rnexxielu jsalva lill-qattusa, li jidher li qed tingħata l-kura fl-isptar tal-annimali.

Il-qattusa ta’ lewn bajdani nqabdet fit-terrapien
Il-ħofra li fiha waqgħet il-qattusa
Parti mit-tim ta’ membri tal-Protezzjoni Ċivili li salvaw lill-qattusa
It-tim mill-Protezzjoni Ċivili li salvaw lill-qattusa
Il-qattusa wara li ġiet salvata, qabel ittieħdet l-isptar tal-annimali

Ritratti: Nevise Borg Caligari (Facebook)