Futbol Sport TAZZA TAD-DINJA 2018

Fernando Hierro jtemm l-esperjenza ma’ Spanja

(Ritratt: EPA)

Fernando Hierro se jkun qed itemm l-esperjenza tiegħu mat-tim nazzjonali Spanjol wara li rriżenja minn kowċ nazzjonali filwaqt li mhux se jirritorna fil-kariga li kellu ta’ Direttur Sportiv. Hierro kien inħatar fit-tmexxija tat-tim b’mod temporanju wara li Julen Lopetegui tkeċċa lejliet il-ftuħ tat-Tazza tad-Dinja, minħabba li ftit jiem qabel kien inħatar bħala l-kowċ ta’ Real Madrid.

Stqarrija tal-Federazzjoni Spanjola qalet li Hierro ddeċieda li jfittex sfidi professjonali ġodda. Wara l-eliminazzjoni mit-Tazza tad-Dinja, Hierro kien aċċetta r-responsabbiltà tal-falliment tat-tim li jkompli javvanza u saħaq li m’hemmx diskussjoni dwar kollass ta’ tim.

Hierro mexxa lit-tim Spanjol għar-rebħ ta’ Grupp B, iżda sfaw eliminati fir-rawnd tal-aħħar 16 kontra r-Russja bl-għoti tal-penalties.