Illum saret quddies sabiex tfakkar il-ħajja ta’ dawk il-Pulizija li mietu u taw is-servizz mit-twaqqif tal-Korp tal-Pulizija, dan filwaqt li wara sar it-tqegħid tal-kuruni tal-fjuri fuq il-qabar tal-Korp fl-okkażjoni tal-204 snin mit-twaqqif.
Għall-ħabta tad-disgħa ta’ filgħodu ingħata bidu għall-quddiesa fejn inġabru uffiċjali għolja fil-Korp tal-Pulizija, membri tal-Korp, qraba u ħbieb – u saret fil-Kappella taċ-Ċimiterju tal-Addolorata, fejn ġiet iċċelebrata mill-Kapillan Raymond Bonnici.
Wara l-quddies, bdiet il-parata tal-Pulizija akkumpanjata mill-Banda tal-Pulizija. It-tberik u t-tqegħid tal-kuruni tal-fjuri saru fuq il-qabar tal-Korp li fih hemm midfunin membri tal-Korp li matul is-snin taw servizz lil pajjiżna.
Il-Korp tal-Pulizija ilu li twaqqaf 204 snin filwaqt li din iċ-ċelebrazzjoni qed timmarka is-36 waħda mindu bdiet tiġi ċċelebrata.
//= $special ?>