Sport Sport Ieħor

Riżultati inkoraġġanti mill-atleti ta’ Synchro Knights fl-Awstrija

Ħdax-il atleta li jiffurmaw mill-klabb Malti Synchro Knights fl-aħħar jiem ħadu sehem fil-ftuħ tal-Austrian Youth / International Kids li saret fi Venna. L-ewwel klabb Malti kkompeta f’diversi kategoriji kemm individwali kif ukoll bħala tim.

Ema Cassar kienet l-iżgħar membru tal-grupp u ħadet sehem mal-grupp tal-figures ta’ taħt l-10 snin u fl-istess ġurnata temmet fit-13-il post fil-kategoriji tas-solisti tal-istess kategorija. Spikkat ukoll Kelise Agius li spiċċat fil-11-il post bħala solista, filwaqt li kklassifikat fis-16-il post minn 110 atleti fil-kompetizzjoni tal-figures.

Fil-kompetizzjoni finali dik tal-free combination routine, il-grupp Malti ta spettaklu u rnexxielhom jispiċċaw fit-tieni post.

It-tim kien magħmul minn Kelise Agius, Thea Blake, Patricia Borg, Emma Calleja, Ema Cassar, Zea Montfort, Emily Ruggier, Nicole Tomic Felice, Maya Tonna, Sophie Zammit u Kylie Zerafa. Dan il-klabb twaqqaf minħabba li kien hemm interess f’dan it-tip ta’ sport.

Ftit jiem ilu wkoll, Ana Culic u Vanessa Mairangas li huma żewġ għawwiema ta’ 14-il sena tal-istess klabb, ħadu sehem f’isem Malta fil-Kampjonat Ewropew tal-Juniors li saru fil-Finlandja. Fil-kompetizzjoni tad-duet spiċċat fl-24 post, filwaqt li bħala solisti Mairangas spiċċat fit-48 post b’total ta’ 63.9696 punt u Culic temmet fis-66 post b’total ta’ 49.4413 punt.