Ambjent Edukazzjoni Lokali

6000 tifel u tifla f’Dinja Waħda

Programm edukattiv tal-Birdlife għal għarfien dwar l-ambjent u n-natura

Permezz tal-programm Dinja Waħda, bil-koperazzjoni tal-Bank of Valletta, mas-6000 tifel u tifla din is-sena setgħu jesperjenzaw l-ambjent naturali iktar mill-qrib.

Dan il-programm ta’ Birdlife Malta huwa wieħed immirat għal tfal ta’ bejn it-3 u s-16-il sena, u anke lejn studenti adulti, u 80% tal-iskejjel lokali jipparteċipaw fih.

L-għan tal-programm huwa li jiżra fit-tfal, sa minn eta’ zgħira, imħabba u rispett lejn dak kollu li huwa ambjent naturali, u li tagħmel minn dawn it-tfal, adulti iktar responsabbli u sensittivi lejn is-sbuħija tan-natura, b’riżultat li jkollna dinja aħjar.

Barra minn hekk, il-programm jaħseb ukoll biex itejjeb il-landscaping fil-fakultajiet edukattivi u joffri lil-iskejjel opportunitajiet għall-istudenti biex jagħmlu esperjenzi fil-beraħ.

Ġonna Dinja Waħda huma spazji ta’ ħdura fejn it-tfal jistgħu josservaw il-biodiversita’ u jkunu huma stess parteċipi billi jiżirgħu u jmantnu speċi indiġeni għal pajjiżna.

Dan il-programm ilu mwaqqaf mill-1994, u kien mexxa kampanja għall-protezjoni tal-pitirros. Tul is-snin, il-programm ħoloq ukoll għarfien dwar il-konservazzjoni tal-flora u l-fawna u l-abitat naturali.