Internazzjonali

FILMAT: Fadal 8 itfal x’jiġu salvati mill-għar; 4 inħarġu b’suċċess

Anke l-kowċ tat-tfal għadu fl-għar u se jkun l-aħħar wieħed li jinħareġ

Dalgħodu se tibda mill-ġdid il-ħidma biex jinħarġu t-8 itfal u l-kowċ tat-tim tal-futbol li ilhom maqbudin ġranet sħaħ taħt l-art. 4 mill-grupp inħarġu lbieraħ, iżda l-operazzjoni ta’ salvataġġ kellha titwaqqaf biex jimtlew iċ-ċilindri tal-gass li qed jintużaw mill-għaddasa biex jinżlu fl-għar.

Filmati li ħarġu jindikaw kemm hu riskjuż dan is-slavataġġ, iżda l-għaddasa qed juru kuraġġ kbir bil-għan li jsalvaw lil dawn it-tfal.

It-Tajlandja: Jinħarġu l-ewwel subien minn qalb l-għerien