Lokali

FILMAT: Ħsara f’punt kruċjali tas-sistema tad-distribuzzjoni tal-ilma

Aktarx jinqatgħalek l-ilma jekk tgħix fiċ-ċentru ta' Malta

Il-pubbliku mistenni jħoss l-effetti ta’ ħsara li żviluppat f’punt kruċjali tas-sistema tad-distribuzzjoni tal-ilma fil-Marsa.

Dan hekk kif residenti fiż-żona ċentrali ta’ Malta għandhom jesperjenzaw qtugħ fil-provvista tal-ilma.

Madanakollu, il-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma qalet li qed tagħmel dak kollu li hu possibbli biex tillimita l-inkonvenjent.