Tal-inqas 100 ruħ tilfu ħajjithom u ‘il fuq minn 50 huma rrapurtati nieqsa wara li għargħar qawwija laqtu l-punent tal-Ġappun fl-aħħar jiem.
Maż-żewġ miljun ruħ ġew ordnati jħallu djarhom u jerħulha lejn partijiet oħra tal-pajjiż hekk kif ix-xmajjar faru. Dan ġara riżultat ta’ xita qawwija li ilha nieżla mill-Ħamis. Ix-xita li niżlet f’dan l-erbat ijiem kienet tlett darbiet aktar mix-xita kollha li s-soltu tinżel tul ix-xahar sħiħ ta’ Lulju.
Ħaddiem tal-uffiċju meterjoloġiku qal li qatt ma kien niżel ammont daqsekk kbir ta’ xita f’dawn iż-żminijiet.
Ix-xita qawwija rriżultat ukoll f’numru kbir ta’ valangi tat-tajn, u ħaddiema tas-salvataġġ dalgħodu qegħdin f’ġirja kontra l-ħin biex jippruvaw joħorġu iktar nies ħajjin minn taħt it-tajn.
Fir-raħal ta’ Motoyama biss, f’inqas minn 24 siegħa niżlu 583mm ta’ xita, u r-reġjun mistenni jkun milqut minn iktar xita fis-sigħat li ġejjin.
//= $special ?>