It-tournament prestiġjuż ta’ Wimbledon illum jidħol fit-tieni ġimgħa deċiżiva tiegħu wara l-waqfa tal-bieraħ. Fil-kompetizzjoni tan-nisa kien hemm diversi sorpriżi fejn is-Sibt anki s-seed numru wieħed Simona Halep kienet eliminata, biex issa l-favorita tidher li hi Serena Williams li qed tirritorna fix-xena wara li kellha tarbija.
Fil-kompetizzjoni tal-irġiel l-Iżvizzera Roger Federer u l-Ispanjol Rafael Nadal jidher li huma l-ikbar favoriti li jissieltu għar-rebħa finali. It-turnament ta’ Wimbledon hu l-uniku turnament Grand Slam li fit-Tnejn tat-tieni ġimgħa, appuntu llum, jidħlu fl-azzjoni l-aħħar 32 tennista, is-sittax fil-kompetizzjoni tal-irġiel u sittax fil-kompetizzjoni tan-nisa.
Il-programm tal-lum hu dan:
Singles tal-irġiel
Kei Nishikori v Ernests Gulbis
Mackenzie McDonald v Milos Raonic
Roger Federer v Adrian Mannarino
Gael Monfils v Kevin Anderson
John Isner v Stefanos Tsitsipas
Juan Martin Del Potro v Gilles Simon
Jiri Vesely v Rafael Nadal
Karen Khachanov v Novak Djokovic
Singles tan-nisa
Camila Giorgi v Ekaterina Makarova
Jelena Ostapenko v Aliaksandra Sasnovich
Karolina Pliskova v Kiki Bertens
Su-Wei Hsieh v Dominka Cibulkova
Alison van Uytvanck v Daria Kasatkina
Angelique Kerber v Belinda Bencic
Julia Goerges v Donna Vekic
Serena Williams v Evgeniya Rodina
//= $special ?>