Boris Johnson irriżenja minn Ministru għall-Affarijiet Barranin fost kriżi politika li qed tiżviluppa dwar l-istrateġija tal-Gvern Britanniku dwar il-Brexit.
Ir-riżenja għall-għarrieda ta’ Johnson kienet it-tieni waħda minn Ministru ewlieni tal-Kabinett wara li David Davis ħabbar li kien qed iwarrab minn Segretarju responsabbli min-negozjati dwar il-Brexit.
Iż-żewġ riżenji, fil-fatt, saru ftit sigħat ‘il bogħod minn xulxin fost l-inċertezza dwar il-passi li jmiss mill-Gvern tal-Prim Ministru, Theresa May.
Ir-riżenja ta’ Johnson, fil-fatt, kienet ikkonfermata ftit qabel diskors li Theresa May għandha tagħmel illum lill-Parlament u li mistenni jitratta l-pjan ġdid tagħha dwar il-Brexit li qed jurta lil ħafna deputati tal-Partit Konservattiv fil-Gvern.
//= $special ?>