Veterinarji ġodda se jkunu qed jiddedikaw ħajjithom għall-ħajja aħjar tal-annimali.
Dan hekk kif erbgħa zghazagh ngħataw ċertifikat tat-tlestija tal-kors bħala veterinarji t-Tnejn; kors li kellhom jistudjawh barra minn Malta hekk kif f’pajjiżna m’hawnx kors għal din il-professjoni.
L-istudenti, tliet tfajliet u ġuvni, ngħataw il-warrant biex jistgħu jibdew jgħatu servizz lis-soċjetà bil-professjoni l-ġdida tagħhom.
Huma nkoraġġiti wkoll li jkomplu jistudjaw biex itejbu l-professjoni tagħhom.
Xogħolhom mhux biss li jieħdu ħsieb billi jfejqu l-annimali domestiċi, iżda iserħu ras il-konsumatur billi jaraw wkoll li l-annimali li jittieħdu għall-biċċerija jkunu tajbin biex jittieklu.
Huma se jkun qed jagħtu wkoll pariri fejn jidħlu irziezet biex jikkonfermaw li jinżammu skont il-liġi.
Ritratti: Martin Aguis
Filmat: Joe Francalanza
//= $special ?>