Wara li fl-aħħar xhur irrappurtajna diversi każi ta’ nies jorqdu barra, illum waslulna ritratti ta’ każ ieħor ta’ raġel illi qatta’ l-lejl fil-ġnien fil-limiti Tal-Pieta’.
Ir-ritratti ġew meħuda fil-ġnien fejn fil-passat kien hemm it-Torpedo Depot, u juru raġel rieqed taħt il-kartun.
Net News irrapporta din l-informazzjoni lill-għassa tal-Imsida.
Fl-aħħar ġimgħat segwejna l-istejjer ta’ diversi persuni li m’għandhomx saqaf fuq rashom, fosthom raġel li ilu sena jorqod f’karozza u persuni oħrajn reqdin fis-subway tal-Floriana u f’Tal-Pieta’. Dan apparti d-diversi każi ta’ nies jorqdu f’garaxxijiet.
Iċ-ċifri tal-Eurostat jikkonfermaw li f’pajjiżna, minkejja li l-ekonomija qed tikber, dan it-tkabbir żgur li mhux imur fil-bwiet tal-ħaddiema, u dan bil-konferma ta’ ċifri mibgħuta mill-Gvern stess.
//= $special ?>