Lokali

KAŻ IEĦOR: Il-wiċċ tal-faqar f’pajjiżna

Dan hu każ ieħor minn bosta li rrapurtajna dwarhom fl-aħħar xhur

Wara li fl-aħħar xhur irrappurtajna diversi każi ta’ nies jorqdu barra, illum waslulna ritratti ta’ każ ieħor ta’ raġel illi qatta’ l-lejl fil-ġnien fil-limiti Tal-Pieta’.

Ir-ritratti ġew meħuda fil-ġnien fejn fil-passat kien hemm it-Torpedo Depot, u juru raġel rieqed taħt il-kartun.

Net News irrapporta din l-informazzjoni lill-għassa tal-Imsida.

Fl-aħħar ġimgħat segwejna l-istejjer ta’ diversi persuni li m’għandhomx saqaf fuq rashom, fosthom raġel li ilu sena jorqod f’karozza u persuni oħrajn reqdin fis-subway tal-Floriana u f’Tal-Pieta’. Dan apparti d-diversi każi ta’ nies jorqdu f’garaxxijiet.

Iċ-ċifri tal-Eurostat jikkonfermaw li f’pajjiżna, minkejja li l-ekonomija qed tikber, dan it-tkabbir żgur li mhux imur fil-bwiet tal-ħaddiema, u dan bil-konferma ta’ ċifri mibgħuta mill-Gvern stess.