Il-Prim Ministru tar-Renju Unit, Theresa May, ħatret lil Dominic Raab bħala s-Segretarju responsabbli mill-Brexit wara li David Davis irriżenja mill-Gvern, kmieni dalgħodu.
Raab, fil-preżent, il-Ministru responsabbli mid-Djar, kien attivist prominenti favur il-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni Ewropea waqt ir-referendum tal-2016. Intant, Davis — qabel telaq mill-kariga ta’ Segretarju għall-Brexit — akkuża lil Theresa May ‘b’li ċediet wisq affarijiet lill-UE, minbarra li għamlitha faċli għal Brussell biex jieħu dak li jrid hu min-negozjati.’
Intant, Dominic Raab — li għandu 44 sena u li kien jipprattika ta’ avukat qabel kien elett għall-Parlament, fl-2010 — minn issa ‘il quddiem se jieħu ħsieb in-negozjati dwar il-Brexit mar-rappreżentant tal-UE, Michel Barnier.
//= $special ?>

