Lokali

Tħassib kbir dwar pilloli tal-pressjoni Valsartan

Il-Valsartan, komuni immens f'Malta, qed tinġabar lura minn 22 pajjiż

22 pajjiż, fosthom Malta, spiċċaw milquta mill-kriżi tal-Valsartan – mediċina li hi komuni ħafna biex tikkontrolla l-kundizzjoni tal-pressjoni għolja. Fil-fatt il-Valsatran qed jinġabru lura mill-Ġermanja, il-pajjiżi Skandinavi, l-Awstrija, Franza, il-Kanada, il-Bahrain u anke Malta, fost pajjiżi oħra.

Jidher li l-pilloli inġabru lura minħabba traċċi kimiċi fil-Valsartan li possibilment huma meqjusa li jikkawżaw il-kanċer.

Pazjenti li tkellmu ma’ Net News qalulna li sa issa l-Gvern għadu mhux jipprovdi alternattiva. Filwaqt li l-Valsartan tingħata b’xejn lill-anzjani, mediċina meqjusa bħala ‘sostitut’ għal dawn il-pilloli tal-pressjoni tista’ biss tinxtara bi ħlas.

Per eżempju, hemm min diġa’ qed jixtri il-pilloli tal-pressjoni Diovan, li dawn jiswew mal-€31.