Lokali Qorti

Akkużat li hedded lis-sieħba tiegħu u lil uffiċjali tal-Pulizija

Jingħata l-liberta' poviżorja fuq garanzija personali ta' €5,000

Fil-Qorti illum beda jinstema’ l-każ ta’ raġel ta’ 37 sena akkużat li hedded u beżża’ lis-sieħba tiegħu.

Il-każ seħħ kmieni it-Tnejn filgħodu f’residenza fix-Xgħajra.

Ir-raġel, Charles Buhagiar, ħarab ukoll mill-kustodja tal-Pulizija wara li ġie arrestat. L-akkużat kiser l-ordni pubblika u inġurja wieħed mill-uffiċjali.

Il-Qorti ordnat protezzjoni favur il-mara, għaliex l-aggressur allegatament ikkaġuna ġrieħi ħfief fuqha. Skont il-Pulizija, dan kien konfermat ukoll minn tabib.

Għall-akkużat dehru l-avukati Franco Debono u Amadeus Cachia.

Il-każ qed jinstema’ quddiem il-Maġistrat Doreen Clarke illi tat il-liberta’ proviżorja lil Buhagiar fuq depożitu ta’ €1,000 u garanzija personali ta’ €5,000.