Anzjana ta’ 72 sena spiċċat l-isptar bi ġrieħi gravi, wara li ttajret minn żiemel ilbieraħ filgħaxija fir-Rabat Għawdex.
L-inċident seħħ għall-ħabta tat-8pm fi Triq ir-Repubblika, waqt it-tiġrijiet taż-żwiemel.
Il-mara, li hi mir-Rabat, ittieħdet l-Isptar Ġenerali t’Għawdex iżda aktar tard ġiet trasferita lejn l-isptar Mater Dei għall-kura.
Jidher li wara dan l-inċident, seba’ persuni oħra kienu involuti f’inċident ieħor fl-istess attivita’ tat-tiġrijiet taż-żwiemel. S’issa għadha mhux magħrufa l-kundizzjoni ta’ dawn il-persuni.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.
//= $special ?>