Għawdex Lokali

Anzjana feruta wara li intlaqtet minn żiemel

Ritratt: Facebook/Arkivji
L-Għawdxija ġiet trasferita lejn l-Isptar Mater Dei

Anzjana ta’ 72 sena spiċċat l-isptar bi ġrieħi gravi, wara li ttajret minn żiemel ilbieraħ filgħaxija fir-Rabat Għawdex.

L-inċident seħħ għall-ħabta tat-8pm fi Triq ir-Repubblika, waqt it-tiġrijiet taż-żwiemel.

Il-mara, li hi mir-Rabat, ittieħdet l-Isptar Ġenerali t’Għawdex iżda aktar tard ġiet trasferita lejn l-isptar Mater Dei għall-kura.

Jidher li wara dan l-inċident, seba’ persuni oħra kienu involuti f’inċident ieħor fl-istess attivita’ tat-tiġrijiet taż-żwiemel. S’issa għadha mhux magħrufa l-kundizzjoni ta’ dawn il-persuni.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.