Sakemm wieħed m’għandux f’idejh trattament alternattiv, huwa importanti li jkompli jieħu l-mediċina Valsartan li għandu, għax jekk wieħed iwaqqaf it-trattament jista’ jikkawża problemi serji ta’ saħħa.
Dan qaluh l-awtoritajiet tas-saħħa Maltin hekk kif fil-media internazzjonali kien rappurtat u anke l-aġenzija Ewropea għall-Mediċina avżat li instabet potenzjalment impurità mhux mistennija fl-ingredjent attiv immanifatturat fiċ-Ċina. Dan wassal sabiex xi prodotti li fihom il-valsartan ġew affettwati.
Bħala prekawzjoni, il-pubbliku għandu jirrikorri għand it-tabib u l-ispiżjar tiegħu biex jiggwidawh.
Il-valsartan hi mediċina li tintuża biex tiġi kkontrollata l-pressjoni għolja u tintuża wkoll għall-kundizzjoni tal-qalb.
Fi stqarrija l-Awtoritajiet għas-Saħħa Maltin qalu li bdew il-proċess biex jinġiebu f’pajjiżna mediċini tal-valsartan minn kumpaniji oħra, u mhux dawk affettwati bl-impurità.
//= $special ?>