Minn nhar il-Ħamis li ġej se jibda jintuża menù ġdid fuq it-titjiriet kollha tal-Air Malta.
Dettalji dwar dan il-menù ngħataw waqt konferenza tal-aħbarijiet li saret fl-uffiċini tal-Air Malta fi SkyParks.
Il-menù se jkun qed jitqassam lill-passiġġieri li jixtru biljett ‘Economy’ hekk kif minn nhar il-Ħamis li ġej ma jibqax jitqassam aktar il-bezzun u l-flixkun ilma b’xejn.
Il-menù l-ġdid se jkollu ‘l fuq minn 70 oġett tal-ikel jew tax-xorb li l-passiġġieri jistgħu jixtru kemm b’card jew inkella cash.
L-ikel kollu tal-menù l-ġdid kien preparat mil-Kok popolari Malti Neil Darmanin. Ara l-kummenti tiegħu fil-filmat t’hawn taħt.
//= $special ?>