Dilettanti tal-festi jinsabu irrabjati ferm għall-istazzjon tal-Partit Laburista ONE TV għall-fatt li fl-iskeda tas-sajf ġew jaqaw u jqumu mill-festi Maltin u ma sar l-ebda programm dwar il-festi. Dan jikkuntrasta ferm ma’ l-iskeda ta’ NET TV li din is-sena se jixxandru 16-il festa fi trażmissjoni diretta, kemm il-quddiesa tal-festa filgħodu kif ukoll il-festa ta’ barra filgħaxija.
Id-dilettanti li tkellmu magħna qalulna li fil-każini tal-baned kulħadd kelma waħda; “Tal-ONE ġew jaqaw u jqumu!”
Oħrajn ma qadux lura milli jesprimu r-rabja għaċ-Ċermen tal-media Laburista Jason Micallef u ftaħru li marru Kastilja biex jirrappurtah lill-‘Prim’. “Ma jmissux jistħi, basta jinqeda bina għaċ-ċelebrazzjonijiet tal-V18 imma fuq il-ONE insewhom il-festi!”
Jidher li l-kwistjonijiet bejn id-dilettanti tal-festi u l-istazzjon tal-partit Laburista bdew f’Ġunju ftit wara li tħabbar li NET TV kien se jxandar festa kull nhar ta’ Ħadd u ġieli anke tlieta f’ġimgħa waħda. Persuni involuti fl-organizazzjoni tal-festi u li huma wkoll attivi fil-Partit Laburista marru jilmentaw ma’ Roberto Francalanza, wieħed mid-diriġenti ta’ ONE TV. Meta raw li kollox waqa fuq widnejn torox kitbu lic-CEO tal-Partit Laburista Randolph DeBattista iżda dan ħasel idu u bagħthom għand Jason Micallef.
Wara diversi lmenti ma diversi deputati Laburisti u kandidati jidher li Jason Micallef kellu jirreaġixxi iżda jidher li iżjed infurja lid-dilettanti tal-festi milli tagħhom raġun. Dan għaliex dawk li resqu l-ilmenti wasal għamdhom il-messaġġ, “Meta l-Gvern itina l-flus bhalma jagħti lil PBS nagħmlu dawn il-programmi fuq bażi nazzjonali!”
Dawk li lmentaw ma’ Kastilja tennew li “jekk in-Net sabu l-flus biex jagħmnlu Forċina kif tal-One mhux kapaċi jagħmlu l-istess!”
Iffaċċati b’din il-kritika qawwija mill-partitarji Laburisti dilettanti tal-festi, ta’ Kastilja ordnaw lil Jason micallef biex jagħmel xi ħaġa, iżda Micallef bhas-soltu għamel ta’ rasu u biex jisfida lil Kastilja waqt li jipprova jagħlaq ħalq dawk li kienu qed jilmentaw li l-istazzjon One mhux kapaċi jagħmel programm tal-festi, żied bi ftit il-ħin tal-programm tal-marċi fuq ONE Radio nhar ta’ Sibt wara nofsinhar.
Iżda dan hu ferm ferm inqas minn dak li qed jagħmlu l-istazzjonijiet NET TV u NET FM fejn nhar ta’ Ħadd tiftaħ l-iskeda ta’ NET FM bil-programm Marċi u Bandalori bejn is-sitta u s-seba u kwart ta’ filgħodu. Fit-tmienja u nofs tibda l-quddiesa tal-festa fi trażmissjoni diretta fuq NET TV. Tard wara nofsinhar tibda x-xandira live fuq NET TV u tiobqa sejra sa wara l-ħdax ta’ bil-lejl. L-istess festa terġa tiġi ripetuta f’nofs il-ġimgħa fuq NET TV.
//= $special ?>