Lokali

FILMAT: Iħabbru uffiċjalment li daqshekk ikel b’xejn fuq l-Air Malta

Minn nhar il-Ħamis la l-bezzun u lanqas il-flixkun ilma mhu se jibqgħu jingħataw

It-tmexxija tal-linja nazzjonali tal-ajru ħabbret b’mod uffiċjali li daqshekk se jingħata ikel b’xejn fuq titjiriet ‘economy’ tal-AirMalta.

U dan ifisser li l-esperjenza tal-famuż ‘bezzun’ tal-AirMalta se tintemm hekk kif minn nhar il-Ħamis, se jidħol fis-seħħ menù ġdid b’ikel li l-passiġġieri jistgħu jixtru abbord.

“Konna għedna li l-bezzun u l-ilma ħa jibqgħu jingħataw bi spiża tal-kumpanija sakemm nagħmlu din it-transizzjoni,” qal iċ-Chairman Eżekuttiv tal-AirMalta Charles Mangion meta NET News staqsa biex jikkonferma jekk il-biljett ‘economy’ hux se jkun qed jinkludi xi tip ta’ ikel bħal ħafna linji tal-ajru oħra.

Fl-istess press briefing għall-ġurnalisti, NET News għamel numru ta’ mistoqsijiet oħra – partikolarment dwar il-każijiet ta’ titjiriet li qed ikollhom jiġu kkanċellati jew ittardjati. Ara l-artiklu t’hawn taħt b’rapport fid-dettal dwar dan.

FILMAT: “Ma nixtieqx nagħti ċ-ċifra” – dwar kemm tilfet flus l-AirMalta minn titjiriet ikkanċellati jew ittardjati