Lokali

Il-5 edizzjoni tal-Fiera l-Kbira ġewwa Montekristo

Għall-ħames sena konsekuttiva se ssir il-Fiera l-Kbira ġewwa Montekristo fejn se jkun hemm divertiment għall-familja kollha.

Preżenti se jkun hemm madwar 200-il esebitur b’diversi attivitajiet ta’ attrazzjoni.

Fost l-attivitajiet se jkun hemm show tal-qtates, fiera tal-kotba, u park għat-tfal.

Is-Sena l-oħra għall-Fiera l-Kbira attendew madwar 100,000 persuna. Għal din is-sena se jkun hemm diversi ikel tradizzjonali Malti, bħal majjal, u  anke ikel internazzjonali.

Il-Fiera l-Kbira se tibda nhar il-Ħamis 12 ta’ Lulju u se tkun mqassma fuq ħdax-il ġurnata.

Għall-ġranet tal-fiera se tkun introdotta wkoll birra Maltija.

Ritratti: Matthew Tabone