Il-Gvern Ġappuniż ikkonferma li mietu ‘il fuq minn 150 persuna fl-għargħar u valangi kkaġunati minn xita qawwija fl-ibnadi tal-Punent tal-Ġappun.
Iċ-ċifra tal-vittmi hi l-ogħla waħda relatata għal sensiela ta’ inċidenti mill-maltemp li l-Ġappun qatt ra f’aktar minn 30 sena.
L-iskwadri għall-emerġenza ilhom l-aħħar jiem iħaffru qalb it-tajn u t-tifrik biex isibu lin-nies irrappurtati nieqsa waqt li ‘il fuq minn żewġ miljuni spiċċaw evakwati mir-reġjun li ġarrab l-agħar tal-elementi.
L-awtoritajiet, issa, fetħu l-kumplessi tal-iskejjel u l-gymnasiums għan-nies li spiċċaw jgħixu bħal refuġjati interni b’kaġun tal-istraġi mill-maltemp. Dan meta għad hemm is-sogru ta’ aktar valangi, bil-possibbiltà li jċedu partijiet mill-għoljiet għal fuq l-artijiet baxxi.
//= $special ?>

