Internazzjonali

IMUT LORD CARRINGTON: Il-politiku li kellu konnessjoni storika ma’ Malta fi żmien Mintoff

Lord Carrington wara li ħalla Malta fl-1972
Il-Prim Ministru Ingliż tesprimi s-sogħba tagħha għal din l-aħbar

L-eks Segretarju għall-Affarijiet Barranin tar-Renju Unit, Lord Carrington, li kien l-aħħar membru ħaj mill-Gvern li kien imexxi Winston Churchill fil-ħamsinijiet, miet fl-età ta’ 99 sena.

Lord Carrington – politiku Konservattiv li kien ukoll eks-Segretarju tad-Difiża – kellu wkoll konnessjoni storika ma’ Malta. Dan meta fi żmienu bħala Segretarju Britanniku għall-Affarijiet Barranin, kien involut f’sensiela ta’ negozjati diffiċli u problematiċi mal-eks-Prim Ministru ta’ Malta, Dom Mintoff, matul is-sebgħinijiet.

In-negozjati partikulari kienu relatati għall-kwistjoni taħraq dwar il-bażi tal-Britanniċi f’Malta u qabel it-tluq tas-servizzi militari Ingliżi minn pajjiżna.