Jekk l-Ingliżi jaslu sal-finali tat-Tazza tad-Dinja, u jirbħuha…iridu li nhar it-Tnejn tkun Bank Holiday.
Din it-talba qed issir permezz ta’ petizzjoni li bdiet iddur online.
Sa dalgħodu kienu diġa’ qabżu s-60,000 dawk li ffirmaw il-petizzjoni.
L-ewforija fost l-Ingliżi hi kbira immens, anke minħabba l-fatt li ilhom sa mill-1990 ma jaslu sas-semi-finali.
Nhar is-sibt fl-Ingilterra intefqet is-somma astronomika ta’ 151 miljun Lira Sterlina fil-pubs, b’eluf kbar ta’ pinet ta’ birra jinxtorbu f’temp ta’ ftit sigħat.
//= $special ?>