Internazzjonali Kurżitajiet TAZZA TAD-DINJA 2018

L-Ingliżi jridu li nhar it-Tnejn tkun vaganza

Mix-xellug: Kyle Walker, John Stones u Jesse Lingard jiċċelebraw wara l-partita (Ritratt: EPA)
Tibda petizzjoni għal Bank Holiday

Jekk l-Ingliżi jaslu sal-finali tat-Tazza tad-Dinja, u jirbħuha…iridu li nhar it-Tnejn tkun Bank Holiday.

Din it-talba qed issir permezz ta’ petizzjoni li bdiet iddur online.

Sa dalgħodu kienu diġa’ qabżu s-60,000 dawk li ffirmaw il-petizzjoni.

L-ewforija fost l-Ingliżi hi kbira immens, anke minħabba l-fatt li ilhom sa mill-1990 ma jaslu sas-semi-finali.

Nhar is-sibt fl-Ingilterra intefqet is-somma astronomika ta’ 151 miljun Lira Sterlina fil-pubs, b’eluf kbar ta’ pinet ta’ birra jinxtorbu f’temp ta’ ftit sigħat.