Il-kowċ tat-tim nazzjonali tas-Serbja Dejan Savic żvela l-lista ta’ 13-il plejer li se jikkompetu fit-33 edizzjoni tal-Kampjonat Ewropew u jippruvaw jiddefendu t-titlu li rebħu fl-2016. Mit-tim li ħa sehem fil-Kampjonat tad-Dinja s-sena l-oħra hemm 12 mit-13-il plejer. L-unika plejer li daħal fl-iskwadra hu Nemanja Vico li jilgħab ma’ Catania. Hu ħa post Nemanja Ubovic.
Fatt interessanti hu li dawn it-13-il plejer jilagħbu ma’ tmien timijiet differenti, u seba’ mit-tmien timijiet huma timijiet mhux Serbi. Dawn huma Pro Recco u Catania fl-Italja, Szolnoki, OSC Budapest u Ferencvaros fl-Ungerija, Mladost fil-Kroazja u Dynamo Moscow fir-Russja.
Is-Serbja tinsab fi Grupp D flimkien mar-Russja, is-Slovakkja u r-Rumanja, bid-debutt tagħhom ikun kontra r-Rumanija fis-16 ta’ Lulju fit-8.30pm.
L-iskwadra finali
Gojko Pijetlovic, Dusan Mandic, Viktor Rasovic, Sava Randelovic, Milos Cuk, Dusko Pijetlovic, Nemanja Vico, Milan Aleksic, Nikola Jaksic, Filip Filipovic, Andrija Prlainovic, Stefan Mitrovic, Branislav Mitrovic
//= $special ?>