Internazzjonali

AĠĠORNATA: Jinħarġu t-tfal kollha mill-għar

Mewġa ta' solidarjeta' minn madwar id-dinja

Hekk kif l-operazzjoni ta’ salvataġġ daħlet fit-tielet jum tagħha, kmieni dalgħodu ġew salvati it-tfal l-oħra li kien għad fadal mill-grupp li kien maqbud f’għar.

Il-ħidma kompliet fis-2pm ħin lokali (10am ħin ta’ Malta). L-għaddasa reġgħu niżlu fl-għar biex jinħarġu l-aħħar ftit persuni li hemm maqbuda – inkluż il-kowċ tat-tim tal-futbol. Huma ġew salvati kollha għall-ħabta tas-2pm.

Fost l-għaddasa, minbarra 5 navy seals Tajlandiżi, hemm ukoll 13-il għaddas barrani minn madwar id-dinja.