Futbol Sport

UFFIĊJALI: Ronaldo għal ma’ Juventus

Cristiano Ronaldo rebaħ il-Ballun tad-Deheb għall-ħames darba (Ritratt: EPA)
Furur fost il-partitarji Juventini għal dan l-akkwist

Real Madrid ikkonfermaw li l-internazzjonali Portugiż Cristiano Ronaldo ingħaqad uffiċjalment ma’ Juventus għas-somma ta’ madwar €100 miljun.

F’komunikat uffiċjali, Real Madrid qalu li aċċettaw ix-xewqa tiegħu li jsir dan it-trasferiment.

Il-Portugiż kien ilu 9 snin ma’ Real. Magħhom hu skurja 451 gowl f’438 partita. Ronaldo rebaħ ukoll il-Ballun tad-Deheb 4 darbiet ma’ Real.

Ronaldo hu rebbieħ ta’ 5 Champions League, erba’ minnhom ma’ Real Madrid u waħda ma’ Manchester United.

Tags